Marcolini jsejjaħ skwadra ta' 30 plejer qabel żewġ logħbiet fl-Awstrija f'Ġunju - TVMnews.mt

Marcolini jsejjaħ skwadra ta’ 30 plejer qabel żewġ logħbiet fl-Awstrija f’Ġunju

minn Sandro Micallef

Il-Kowċ tat-team Nazzjonali Malti tal-futbol Michele Marcolini sejjaħ skwadra ta’ 30 plejer bi tħejjija għaż-żewġ logħbiet internazzjonali ta’ ħbiberija kontra r-Republika Ċeka u l-Greċja rispettivament.

Dawn iż-żewġ logħbiet se jintlagħbu fl-Awstija bl-ewwel logħba tkun fis-7 ta’ Ġunju kontra r-Republika Ċeka u erbat ijiem wara kontra l-Greċja fil-11 ta’ Ġunju.

Iż-żewġ logħbiet se jintlagħbu fi Stadion Grödig fl-Awstrija.

Marcolini sejjaħ lura fl-iskwadra proviżorja lil urgen Degabriele, Alexander Satariano, Luke Tabone, Ryan Camenzuli u Jake Grech li ma kienux isejjħu fl-aħħar international window.

Ma dawn hemm wkoll Matias Garcia li jirritorna wara nuqqas twil mill-aħħar era ta’ Mangia.

Il-Plejers imsejħa huma dawn:

Goalkeepers:
Rashed Al Tumi (Sliema Wanderers FC), Henry Bonello (Hamrun Spartans FC), Matthew Grech (Zabbar St Patrick’s FC)

Defenders:
Ferdinando Apap (Hibernians FC), Jean Borg (Sliema Wanderers FC), Steve Borg (Hamrun Spartans FC), Zach Muscat (Farense – POR), Enrico Pepe (Birkirkara FC), Kurt Shaw (Hibernians FC), Luke Tabone (Haverfordwest County AFC – UK)

Midfielders:
Myles Beerman (Sliema Wanderers FC), Jan Busuttil (Balzan FC), Ryan Camenzuli (Hamrun Spartans FC), Juan Corbalan (Hamrun Spartans FC), Matias Nicolas Garcia (Floriana FC), Jake Grech (Floriana FC), Matthew Guillaumier (FKS Stal Mielec Spolka Akcyjna – POL), Joseph Essien Mbong (Hamrun Spartans FC), Nikolai Muscat (Marsaxlokk FC), Steven Pisani (Santa Lucia FC), Teddy Teuma (Stade de Reims FC), Dunstan Vella (Floriana FC), Yannick Yankam (Lexington SC), Carlo Zammit Lonardelli (Floriana FC)

Forwards:
Jurgen Degabriele (Hibernians FC), Paul Mbong (Birkirkara FC), Luke Montebello (Hamrun Spartans), Kyrian Nwoko (Floriana FC), Kemar Reid (Floriana FC), Alexander Satariano (Birkirkara FC)