L-UE tħejji għall-istaġun tan-nirien fil-foresti tal-2024 - Il-Kummissjoni Ewropea Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet14 Mejju 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

L-UE tħejji għall-istaġun tan-nirien fil-foresti tal-2024

Firefighters prepare for and coordinate their operation on the ground

 

Is-sajf hu kważi magħna. Dan ifisser barbecues, bajjiet u ġelat, iżda fir-realtà dan ifisser ukoll li jeħtiġilna nippreparaw ruħna għall-istaġun tan-nirien fil-foresti li jmiss. Hu għalhekk li din il-ġimgħa l-UE ħadet miżuri proattivi biex issaħħaħ l-isforzi tat-tifi tan-nar sabiex tipproteġi aħjar il-komunitajiet u l-ambjent tagħna .

Għall-2024, l-UE ġabret flimkien 556 ħaddiem tat-tifi tan-nar minn 12-il pajjiż li minn qabel se jkunu mqassmin strateġikament f’postijiet ewlenin fl-Ewropa dan is-sajf, bħal fi Franza, il-Greċja, il-Portugall, u Spanja. Huma se jkunu lesti li jappoġġjaw il-brigati lokali tat-tifi tan-nar, meta l-iskala ta’ nirien fil-foresti tegħleb il-kapaċitajiet ta’ rispons ta’ pajjiż. Barra minn hekk, se jkun hemm flotta ddedikata tar-rescEU ta’ inġenji tal-ajru għat-tifi tan-nar għal dan is-sajf, li tikkonsisti minn 28 ajruplan u 4 helicopters stazzjonati f’10 Stati Membri.

€600 miljun f’fondi tal-UE ġew allokati wkoll għall-akkwist ta’ inġenji tal-ajru addizzjonali għat-tifi tan-nar. Il-finanzjament addizzjonali se jmur għax-xiri ta’ 12-il ajruplan ġdid tat-tifi tan-nar fil-futur, li se jitqassmu fost sitt Stati Membri tal-UE, kif ukoll diversi helicopters.

Il-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti, it-tħejjija u l-azzjonijiet ta’ rispons jaħdmu id f’id biex isalvaw il-ħajjiet, l-għajxien u jipproteġu l-ambjent. Hekk kif l-impatt tat-tibdil fil-klima jinħass b’mod aktar akut kull sena, it-theddida tan-nirien fil-foresti tikber ukoll, u dan jagħmilha dejjem aktar importanti li nkunu ppreparati tajjeb.

Għal aktar informazzjoni

Nirien fil-foresti

rescEU

Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili

Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza

Stqarrija għall-istampa: L-UE ssaħħaħ it-tħejjija għall-ġlieda kontra l-istaġun tan-nirien fil-foresti tal-2024 

L-UE Tipproteġi: Kif l-Ewropa ngħaqdet flimkien biex tiġġieled in-nirien fil-foresti

Nirien fil-Foresti fl-Ewropa, fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta’ Fuq 2023

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
14 Mejju 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni